Log In
Robert Aloisio

The Pursuit of Happyness

PSD

pursuit

The Pursuit of Happiness: 15 –il Tagħlima li tajjeb iżżomm f’moħħok

1. L-unika persuna li tassew tista’ tagħmlek kuntenta hija INT. Ieqaf iddependi fuq l-oħrajn.

2. In-nies tigdeb, stuff happens. Toħodhiex personali.

3. Trid lin-nies jaħsbu li inti bniedem tal-ġenn? Ibda emmen li int, u huma jibdew ukoll.

4. Tbissem u idħak daħka tajba. M’intix iblah b’daqshekk!

5.  Id-dinja qatt mhi biss bajda jew sewda, tajba jew ħażina, mod wieħed jew ieħor. Ipprova ara l-affarijiet minn punti di viżta differenti kemm tista’.

6. “Let everything happen to you
Beauty and terror
Just keep going
No feeling is final”

— Rainer Maria Rilke
7. Empatizza. Poġġi lilek innifsek fiż-żarbun tal-oħrajn.

8. Gossip, problemi tal-passat, affarijiet li ma tistax tikkontrolla, ħsibijiet negattivi u persuni negattivi; il-ħin li tqatta’ taħseb fuq dawn kollha huwa ħin moħli.

9. Meta taqbad lilek innifsek tgħir għal xi ħadd jew tobogħdu, ieqaf. L-unika persuna li qiegħda tweġġa’ hija int.

10. Għalkemm l-iktar affarijiet ġodda, u l-iktar affarijiet għoljin jistgħu jagħmluk tħossok aħjar, mhumiex se jtaffulek is-solitudni jew jisimgħuk. Kun żgur li l-prijoritajiet tiegħek jagħmlu sens.

11. Oħroġ ‘il barra mill-comfort zone tiegħek – imbagħad tibda tħossok tassew ħaj.

12. Tibżax tkun dak li int.

13. Xi drabi ħalli l-emozzjonijiet tiegħek joħorġu, la qegħdin hemm, hemm raġuni għalihom.

14. Iċċelebra dak li għandek. Aħseb b’mod pożittiv fuq dak li m’għandekx u jiġi ukoll.

15. Ħobb bla kundizzjonijiet.

Leave a Reply

*