Gates of the Lamb (Media Education for Faith Formation)
Il-Film Gates of the Lamb
Gates of the Lamb Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM) qed torganizza attività għallpubbliku
ġenerali fejn ser jintwera l-film Gates of the Lamb tad-
Direttur Audrius Stonys. Marbut ma’ dan, is-Soċjetà għal din il-lejla stiednet
lil Fr Gediminas Numgaudis OFM li huwa Reliġjuż mil-Litwanja u l-
Producer ta’ dan l-istess film biex jintroduċi u jispjega din il-biċċa xogħol
artistika li essenzjalment titratta s-Sagrament tal-Magħmudija.
Fi kliem id-Direttur, “dan il-film huwa dwar il-laqgħa bejn Alla u l-
Bniedem. Din il-laqgħa tista’ tkun waħda fraġli li qajla tinħass. Imma jekk
il-cameras, kapaċi jaqbduha, ta’ min wieħed jipprova. Għalhekk aċċettajt listedina
ta’ Fr. Gediminas bħala sfida biex nipprova mmiss dak li mhux
tanġibbli”. Dan huwa film dwar il-miraklu moħbi tal-Magħmudija u l-messa
li ma tistax tispjegaha ta’ Alla.
Għaldaqstant is-Soċjeta tal-Museum tixtieq tistiednek għal din l-attività ser
issir il-Ġimgħa 29 ta’ April 2016 fis-7:00 pm fiċ-Ċentru tal-Konferenzi
ta’ Dar il-Ħanin Samaritan, Santa Venera (ħdejn l-Iskola St Michael).