Log In
Robert Aloisio

How to train your dragon

PSD
how to train your dragon 2 movie
Mistoqsijiet għad-diskussjoni
•Għaliex Hiccup ma setax joqtol lid-dragun li qabad?
•X’talenti uniċi kellu Hiccup li ħaddimhom tajjeb biex ħarreġ lid-dragun?
•Għaliex missier Hiccup kien   diżappuntat b’ibnu? Din kienet   ħaġa ġusta?
•Dan id-diżappunt kif affettwah lil Hiccup? Kif prova Hiccup jagħmel lil missieru kburi?
•Ommok jew missierek diżappuntati bik? Għaliex? Kif titratta dan id-diżappunt?
•“Our parent’s war is about to become ours, figure out whose side you are on.” Aħna x’nieħdu mill-ġenituri tagħna? Aħna kopja tagħhom?
•Kien hemm min fil-villaġġ li appoġġja lil Hiccup? Kif?
•Kien hemm xi ħadd f’ħajtek li nkoraġġik meta ħbatt se taqta’ qalbek? Kif?
•Għaliex il-Vikingi kienu jitrattaw lil Hiccup differenti?
•Għaliex it-twemmin ta’ Hiccup ma ħalliehx jiffittja mal-oħrajn?
•Qatt esperjenzajt dik li ma tiffittjax mal-oħrajn? X’għamilt?
•“When you carry this axe, you carry all of us with you, you walk like us, talk like us.” Hekk qalulu li Hiccup meta kien qed jitgħallem kif jiġġieled lid-draguni. Dan x’kien ifisser?
•Hiccup jgħid: “I’m not one of them”. X’saħħa għandek bżonn biex tinfired mill-oħrajn speċjalment meta tkun tant tixtieq li tiffittja?
•Qatt irnexxielek tinfired mill-oħrajn għax ma qbiltx ma xi ħaġa li qegħdin jagħmlu, anke jekk ma tkunx popolari?
•Kif Hiccup irnexxielu jbiddel lin-niesu? Kif saret differenti l-gżira tagħhom?
•Għaliex hija iebsa tkun differenti minn ħbiebek u minn familtek? Qatt irnexxielek tkun differenti?
•X’għamel Hiccup li ħadd ma kien għadu għamel?
 •Kif il-ħbiberija ta’ Hiccup ma’ Toothless irnexxielha tbiddillu l-idea tiegħu tad-draguni?
•“A dragon will always go for the kill.” Veru?
•Qatt ħsibt xi ħaġa ħażina fuq bniedem li mbagħad wara skoprejt li kienet żbaljata? Kif sirt taf?
•Qatt għent lil xi ħadd isir jaf aħjar lil xi ħaddieħor ieħor? X’ġara mbagħad?
•Fuq id-draguni, Hiccup qal: “Everything we know about you guys is wrong?” Jista’ dan jiġrilna fuq ċerti nies?
•Hiccup tgħallem minn Toothless, imbagħad uża l-iskills ma’ draguni oħra? Dan x’juri?
•X’għamel differenti Hiccup min-nies li kienu jgħixu madwaru?
•Ma’ liem karattru l-iktar identifikajt ruħek?
•Fejn nistgħu ngħidu dehret l-imħabba t’Alla f’dan il-film?
•“Stop trying so hard to be something you’re not.” X’ifisser dan? Għaliex?

Leave a Reply

*