Log In

Philadelphia

PSD

File:Philadelphia imp.jpg

Trama

Philadelphia huwa film Amerikan tal-1993 u wieħed mill-ewwel films ta’ Hollywood li tratta t-temi tal-HIV/AIDS, l-omosesswalità, u l-omofobija. Inkiteb minn Ron Nyswaner, dirett minn Jonathan Demme u bl-atturi protagonisti Tom Hanks u Denzel Washington.

Hanks rebaħ l-Oscar għall-Aqwa Attur fl-irwol tiegħu ta’ Andrew Beckett fil-film, filwaqt li “Streets of Philadelphia” ta’ Bruce Springsteen rebħet l-Oscar għall-Aqwa Song Oriġinali.

Andrew Beckett huwa senior associate tal-ikbar studju legali f’Philadelphia. Għalkemm jgħix mal-partner tiegħu Miguel Álvarez, Beckett ma jitkellimx fuq l-omosesswalità tiegħu ma’ sħabu tax-xogħol, lanqas fuq il-fatt li għandu l-AIDS. Fil-jum li fih jiġi assenjat l-iktar każ importanti tal-istudju legali, wieħed mis-soċji tax-xogħol innota ferita żgħira fuq moħħ Beckett. Dan għaraf il-ferita għax magħhom kienet taħdem waħda li kellha l-AIDS u kellha minn dawk il-feriti. Ftit wara, Beckett jibqa’ d-dar u ma jmurx ix-xogħol biex jara kif se jaħbi l-feriti. Id-dar ilesti d-denunzja għall-każ li assenjawlu u wara jeħodha l-uffiċju, biex l-għada jressquha billi kien l-aħħar jum li fiha setgħu jagħmluha. Id-dar Beckett isofri minn uġigħ f’żaqqu u joħduh malajr l-isptar. Meta jkun l-isptar iċemplulu u jgħidulu li ma jistgħux isibu d-denunzja. Isibuha fl-aħħar minuta u jressquha. L-għada, is-soċji tal-istudju legali jkeċċu lil Beckett.

Beckett jemmen li xi ħadd kien ħeba d-denunzja biex jagħmillu frame-up u jkunu jistgħu jkeċċuh, għax fil-verità keċċewh għax kienu saru jafu li kellu l-AIDS. Fittex diversi avukati biex jiddefendu l-każ tiegħu fosthom lil Joe Miller, li qabel kien ħadem miegħu fuq każ ieħor. Miller, li jammetti li huwa omofobiku u ma jaf xejn fuq l-AIDS, għall-ewwel ma jaċċettax u jmur ikellem tabib ħa jara jekk ħax l-AIDS għa ħa b’id Beckett. Miller jiltaqa’ ma’ Beckett f’librerija u jaqbeż għalih meta librar ried jibagħtu f’kamra għalih billi nduna li kellu l-AIDS. Miller jaċċetta l-każ.

Charles Wheeler, il-kap tal-istudju legali, inkwetat li dal-każ seta’ jagħmillu ħafna ħsara f’għajnejn in-nies, xehed li Beckett kien inkompetenti u li ħeba apposta l-kundizzjoni tiegħu. Id-difiża bdiet timplika li Beckett kien promiskwu sesswalment u allura ma kienx vittma.

Matul il-kontro-eżami, Beckett jgħid li hu kien qed jippjana li jgħid lill-kollegi tiegħu li kien gay, iżda biddel il-ħsieb meta semagħhom jirrakkuntaw ċajt omofobiku. Meta mistoqsi kif ġie nfettat, ammetta li kien mar ma’ wieħed f’ċinema gay.

Biex juri li l-feriti kienu jidhru, Miller jitlob lil Beckett jiftaħ il-qmis waqt li kien qed jagħti x-xhieda tiegħu. Beckett jaqa’ mal-art waqt ix-xhieda ta’ Wheeler. Waqt li kien l-isptar, il-ġurija tivvota favurih. Miller imur iżuru l-isptar u ftit wara Beckett imut.

Mistoqsijiet għad-diskussjoni

1. Kif inbidel l-atteġġjament ta’ l-avukat Miller lejn Andrew Beckett meta dan qallu li għandu l-AIDS?

2. X’bidliet seħħew fil-ħajja ta’ Beckett wara li marad bl-AIDS?

3. X’taħseb inti dwar Andrew Beckett? X’tammira fih? X’ma jogħġbokx fih?

4. X’tifhem b’diskriminazzjoni?

5. X’taħseb li biddel l-attitudni ta’ Miller lejn Beckett u ddeċieda li jgħinu?

6. Taħseb li ħafna omosesswali huma ossessjonati bis-sess, m’għandhomx kontroll fuqhom infushom, jew jittantaw lit-tfal?

7. Taħseb li l-omosesswali raġel ħafna drabi huwa effeminat jew għandu manjieri bħal tan-nisa?

8. Inti tħossok komdu maġenb bniedem li taf li hu omosesswali?

9. L-AIDS hija l-marda ta’ l-omosesswali?

10. X’taħseb dwar l-argument mill-Bibbja li ġab Charles Wiler fil-qorti?

11. X’laqtek l-aktar fil-film Philadelphia? Għaliex?

12. X’ma għoġbokx jew dejqek fil-film?

philadelphia

Leave a Reply

*