Log In
Robert Aloisio

The Mighty

hrsid_mighty

PSD

Film Study Guide

Mistoqsijiet għal diskussjoni:

  1. Il-Valur tat-teamwork. Fil-film, Max u Kevin jiggwadanjaw ħafna mill-fatt li jikkoloboraw flimkien. X’esperjenzi għandek ta’ dan?
  2. Iġġudikati minn għemilna. It-tfal jixbhu lill-ġenituri kif Max jiġi akkużat fil-film. Taqbel ma’ dan?
  3. Il-bijolġija hija d-destin tagħna, jew għandna għażla nkunux tajbin jew ħżiena?
  4. Minn xiex għandu jkun iġġudikat il-bniedem? Max minn xiex jiġi ġġudifikat?
  5. Rising above our limitations. X’inhuma l-limitazzjonijiet ta’ Max u Kevin? Kif jirnexxilhom jogħlew ’il fuq mil-limitazzjonijiet tagħhom?
  6. Sterjotipi. X’inhuma l-isterjotipi marbutin ma’ Max? U ma’ Kevin? (big and dump; small, nerdy and smart)
  7. Il-film kif jiċċelinġja dawn l-isterjotipi?
  8. Relazzjonijiet. Ir-relazzjoni ta’ Max ma’ Kevin kif affettwat lil Max fir-relazzjonijiet tiegħu man-nanniet tiegħu? Mal-bulijiet tal-iskola?
  9. X’nassumu fuq persuni li jidhru li m’għandhomx ħbieb?
  10. Qatt kont f’sitwazzjon li fiha ma kellekx ħbieb? X’għamilt biex l-affarijiet jinbidlu?
  11. Għalkemm il-ġenituri ġeneralment jibqgħu importanti għal ħajjitna kollha, għal ħafna minna l-ħbieb jibdew jinfluwenzawna f’xi punt jew ieħor ta’ ħajjitna. Għaliex jiġri dan? Meta jiġri dan normalment?
  12.  Vjolenza. Kemm taħseb li seta’ jgħin dak li ried jagħmel in-nannu sforz il-biża’ li kellu li missier Max jiġi d-dar tagħhom issa li ħareġ mill-ħabs?
  13. X’impatt kellu l-biża’ ta’ Max minn missieru fil-ġuri ta’ missieru? X’konsegwenzi fit-tul jidher li ħalla dak il-biża’ fuq Max?

Leave a Reply

*